X’tista tara llum il-Ġimgħa 11 ta’ Ottubru fuq it-TV

Mark Mifsud waqt Min Imissu? Dettalji aktar 'l isfel

Servizz ta’ kuljum minn newsbook.com.mt b’tagħrif dwar uħud mill-programmi li tistgħu ssegwu llum.

Il-Ġimgħa 11 ta’ Ottubru

Sorelle – TVM fit-3pm

Janice kellmet lil Maxine dwar Jodi… x’qaltilha u Maxine x’risposta kellha lesta għaliha? Għaliex Jodi u Maxine kienu ġġieldu… u Leo biex akkużaha lil Jodi? Omm Janice reġgħet ċemplet… x’riedet u Maxine x’għamlet? Gina tinsab inkwetata ħafna… għaliex?

Min Imissu? – One fit-8.30pm

Għat-tieni programm minn din is-sensiela, il-mistieden se jkun Mark Mifsud, li bħalissa qed insegwuh f’żewġ sensiliet tad-drama, F’Ġieħ l-Imħabba kull nhar ta’ Tnejn, u l-Għarusa kull nhar ta’ Tlieta.

Beautiful – Canale 5 fis-1.40pm

Ritratt: BBL Distribution

Brooke tħossha rrabjata ma’ Ridge u twissih li Bill jinsab jsitħarreġ dwaru. Intant l-isfilata tal-kollezzjoni Intimates ta’ Steffy jkollha success kbir.

Una Vita – Canale 5 fis-2.10pm

Ritratt: Boomerang TV

Isiru jafu x’qed jikkaġuna l-uġigħ li qed isofru Trini u Lolita. Ramon mill-ewwel jarmi kull tip ta’ ikel li jista’ jkun ta’ dannu għal Trini u t-tarbija.

Il Segreto – Canale 5 fl-4.10pm

Ritratt: ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A

Adela tiġi rrapurtata minħabba fil-metodi tagħha li qed jitqiesu bħala wisq liberali. Isaac jinsab ħerqan li se jkun qed iqatta’ l-kumplament at’ ħajtu ma’ Elsa.

Rosy Abate – Canale 5 fid-9.25pm

Ritratt: Uffiċju Stampa Mediaset

Rosy tinsab daharha mal-ħajt. Wara li ħatfet lil Nina, hi tintefa’ fuq pjan iddisprat u tispiċċa biex tħalli lil Leo u lil Luca warajha biex b’hekk ma jkunux involuti f’din l-istorja pjuttost perikoluża hekk kif tħejji għall-isfida finali kontra Costello.

The Five-Year Engagement – La5 fid-9.10pm

Kummiedja romantika tal-2012 b’Emily Blunt u Jason Segel dwar koppja żagħżugħa li jippjanaw li jiżżewwġu. Iżda l-proponiment tat-tieġ ma jsirx kif wieħed jimmaġina, u dan il-fatt jikkumplikaw bil-kbir l-istorja ta’ bejnietjhom.

Fractured – ġdid fuq Netflix

Film maħruġ minn Netflix din is-sena. Fil-partijiet ewlenin jidhru Sam Worthington, Lily Rabe u Stephen Tobolowsky.  Waqt li koppja u binthom ikunu  mdaħħlin f’inċident it-tifla tiddaħħal l-isptar. Il-missier, għajjien mejjet, jintilef minn sensih. Meta jiġi f’tiegħu jsib lil martu u lil bintu nieqsa u kulħadd jibda jgħidlu li l-membri tal-familja tiegħu qatt ma eżistew! X’mottivi kien hemm dwar iċ-ċaħda tal-eżistenza tagħhom mill-impjegati tal-isptar?

Riverdale: Il-puntati ġodda fuq Netflix

Ġurnata biss wara li jkunu xxandru fl-Istati Uniti, jaslu ‘l puntati tar-raba’ staġun ta’ Riverdale. L-ewwel wieħed intitolat Chapter 58 – In Memoriam li se jagħtina ħjiel dwar id-destin tal-karattru ta’ Fred Andrews li kien jinterpretah Luke Perry, li miet f’Marzu li għadda. Filwaqt li jkomplu l-istejjer mit-tielet staġun, dan l-episodju jservi bħala tislima lill-attur ferm maħbuba u apposta għal din il-puntata tidher l-attriċi Shannen Doherty li kienet taħdem ma’ Perry fis-sensiela Beverly Hills, 90210. Puntata li tnissel malinkonija iżda ssellem lil Luke Perry.