X’tista’ tagħmel jekk tiskopri li persuna qed tiġi traffikata?

Jekk tkun taf b’persuni li qed jiġu traffikati tista’ tagħmel rapport billi ċċempel fuq in-numru 179. Dan skont ktejjeb ippubblikat mill-Gvern Malti li qed sabiex iqajjem aktar kuxjenza dwar it-traffikar uman qalb il-poplu Malti.

Id-dokument Human, Like You jispjega li l-linja 179 hija b’xejn, wieħed jista’ jċempel 24 siegħa kuljum u hija wkoll kunfidenzjali.

Aqra: “99% tal-vittmi tal-industrija tas-sess huma nisa u bniet”

Ġie spjegat li t-traffikar uman huwa kriminalità internazzjonali li tinvolvi miljuni ta’ rġiel, nisa u tfal li jiġu kkontrollati minn individwi oħrajn għal raġunijiet ta’ sess, xogħol jew skjavitu. Intant, it-traffikanti jagħmlu ħafna flus permezz ta’ din il-kriminalità.

Il-kampanja sħiħa ta’ Human, Like You hija bbażata fuq id-drittijiet umani ta’ kull bniedem, irrispettivament tas-sess, nazzjonalità, reliġjon, razza, etniċità, reliġjon jew karatteristiċi oħrajn. Il-ktejjeb jinsisti li l-ebda ħajja mhi iktar sinjifikanti minn oħra u t-traffikar uman huwa ksur tad-drittijiet fundamentali soċjali, ekonomiċi, ċivili u kulturali tal-bnedmin.

Id-dokument jispjega kif it-traffikar uman ħafna drabi jkun f’postijiet pubbliċi u f’għajnejn il-pubbliku dan mhux faċli li wieħed jinduna bih mad-daqqa t’għajn.

Aqra: Kif tinduna li persuna hija vittma ta’ traffikar uman?

Aqra aktar minn hawn.