Rapport prinċipali maħruġ minn Lancet International Commission on Dementia Prevention and Care ikkonkluda li madwar 35% tal-każijiet tad-dimenzja jistgħu jiġu evitati jew itardjati.
Skont Maria Carrillo, il-Kap Eżekuttiv Xjentifiku tal-Assoċjazzjoni għall-Alzheimer’s qalet li hemm modi kif tista’ tgħix ħajtek li jistgħu jgħinuk tnaqqas ir-riskju tad-dimenzja.
- Kul inqas laħam mixwi
- Għamel l-eżeċizzju fuq treadmill
- Kompli studja tul ħajtek – skont l-istudju ta’ Lancet instab li persuni li jsofru mid-dimensja kellhom edukazzjoni iktar baxxa minn oħrajn
- Mur għand tabib jekk tibda tonqos mis-smigħ
- Torqodx inqas minn ħames sigħat jew aktar minn 10 sigħat kull lejl
- Ħu ħsieb il-pressjoni
- Ħu ħsieb il-piż
- Tpejjipx
- Fittex l-għajnuna jekk taqa’ f’dipressjoni
- Żomm ruħek attiv billi tissoċjalizza ma’ ta’ madwarek
- Ilbes helmet meta ssuq rota, mutur jew xi vettura oħra tat-tip
- Ipprova affarijeit ġodda kuljum
- Xarrab il-patata għal madwar kwarta qabel ma ssajjarha
- Qum bilwieqfa kull nofs siegħa
- Tgħallem kif għandek timmedita