X’tista’ tagħmel biex it-tfal ikunu siguri fil-karozza?

Jim Champion on Flickr (CC BY-SA 2.0)

Grupp ta’ pedjatriċi Amerikani qalu li t-trabi għandhom jitpoġġew f’siġġu tal-karozza għat-tfal wiċċhom lura għall-iktar ħin possibbli. Skont xi pedjatriċi Amerikani, it-trabi għandhom jitħallew jibqgħu fis-siġġu tal-karozza sakemm jintlaħaq il-limitu ta’ piż u tul li wieħed jista’ jħalli t-tarbija fih.

L-aġġornament ta’ dawn il-linji gwida huma qabża minn dawk ta’ qabel li kienu jgħidu li t-trabi għandhom ikunu wiċċhom lura fil-karozza sa sentejn. Issa jekk it-trabi jagħlqu sentejn u ma jkunux għadhom laħqu l-piż u t-tul meħtieġ, iridu jibqgħu jużaw is-siġġu tal-karozza apposta għat-tfal.

Iċ-Ċermen tal-Għaqda Pedjatriċi Amerikani qal li dan l-aġġornament fil-linji gwida saru wara riċerka dwar is-sikurezza tat-tfal fil-karozza.