Infografika maħruġa fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Korp tal-Pulizija uriet it-tipi differenti ta’ droga miġbura mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga matul l-2019.
L-aktar tip ta’ droga li ġabret il-Pulizija kienet il-Kannabis (ħaxixa), b’total ta’ 457 kilogrammi. Inġabru wkoll 3 kilogrammi kokaina, 2.6 kilogrammi drogi sintetiċi, 186.6 grammi eroina, 142 pillola tal-ecstasy, 42.7 grammi magic mushrooms, 68.8 grammi ketamine u tliet strippi ta’ pilloli LSD.
Drogi sintetiċi huma magħmulin bl-użu ta’ kimiċi magħmulin mill-bniedem.