X’tip ta’ kura qed tingħata għall-coronavirus?

Dr Tanya Melillo, konsulent fil-mediċina pubblika fi ħdan it-Taqsima tal-Mard Infettiv spjegat li ħafna mill-persuni li nstabu pożittivi għall-coronavirus qed jiġu rikoverati f’darhom stess. Dan minħabba li kellhom sintomi ħfief jew kważi xejn.

Waqt Newsbook Q&A, Dr Melillo fissret li min jinżamm id-dar jintbagħtlu tabib li jieħu ħsieb il-kura tiegħu.  Żiedet tgħid li dawk li jinsabu fl-Infectious Diseases Unit (IDU) fl-Isptar Mater Dei huma persuni li kellhom sintomi aktar qawwija jew għandhom xi kumplikazzjonijiet minħabba li jbatu b’mard kroniku ieħor. B’hekk dawn il-persuni jkollhom bżonn kura aktar intensiva.

L-antibiotics ma jaħdmux kontra l-virus. Madanakollu l-kura li tingħata tiddependi minn dak li jkun għaddej minnu l-pazjent. Min ikollu bżonn aktar ossiġnu u jkun intubat, u hemm min ma jkollu bżonn xejn.

Għandek bżonn l-għajnuna? Ara fuq liema numri tista’ ċċempel

  • 111 – Għal dawk li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtiequ iktar informazzjoni
  • 21411 411 – Għal dawk fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċinali
  • 2294 4511/2294 4504 – Biex tirrapporta lill-pulizija każi ta’ ksur tar-regolamenti dwar saħħa pubblika u l-Covid-19
  • 1772 – Għal dawk li jħossuhom waħedhom
  • 1575 – Għall-ħaddiema biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
  • 1576 – Għal min iħaddem biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
  • 153 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
  • 144 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mill-Malta Enterprise
  • 2204 2200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’pajjiż ieħor u jridu jiġu lura Malta
  • 2598 1000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv
  • 2169 2447– Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra
  • 2590 3030 – Għall-anzjani mingħajr sapport li għandhom bżonn mediċini, ikliet lesti jew prodotti tal-ikel (frott u ħaxix)
  • 2546 9111 – Għal dawk li jaħdmu fl-industrija tal-gaming

Rappurtaġġ addizzjonali: Liz Cutajar

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn