X’tgħid eżatt l-ittra ta’ Vince?

Is-67 puntata ta’ Sorelle jixxandar bas-soltu fuq TVM fil-ħin tat-3pm.

Naraw is-Sorelle jitkellmu dwar dak li kien għaddej f’Dar l-Anġli. Xi pjanijiet għandhom biex jitkixxfu x’inhu għaddej? Angela toħroġ b’idea. Flimkien naraw biex ħierġa. Iżda l-aħwa jaqblu jew le ma’ dak li tgġidilhom?

Janice titkellem ma’ Maxine. X’tixtieq li tagħmel Janice?

Insiru nafu kif Maxine kienet reġgħet iltaqgħet ma’ Vince.

Sorelle għandu produzzjoni ta’ Rewind fuq kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber. L-episodju jkollu repetizzjoni llejla fil-11.25pm u għada filgħodu fis-6.15am fuq TVM filwaqt li s-Sibt tistgħu ssegwu l-ħames puntati ta’ ġuimgħa sħiħa fuq TVM2 mill-11 am ‘il quddiem.