​X’temp se jkollna bejn għada u l-Ġimgħa?

Xemx u xita Alla jaf meta.  
It-temp xemxi li kellna fl-aħħar jiem jidher li qed jittappan ftit bir-riħ qawwi li ħakem il-Gżejjer Maltin.
Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, bħalissa u fis-sigħat li ġejjin, ir-riħ mill-Majjistral, Forza 5 għal 6 se jiżdied għal Forza 6 għal 7.
Il-baħar se jkun qawwi, bl-imbatt baxx għal moderat mix-Xlokk.
Għada l-Ħadd, it-temp se jkun il-biċċa l-kbira xemxi, l-istess t-Tlieta.  
It-Tnejn mistenni jissokta r-riħ u ma tonqosx xi ħalba xita ‘l hemm u ‘l hawn. L-istess l-Erbgħa.  Nhar il-Ġimgħa mbagħad, f’Jum id-Duluri, it-temp mistenni jkun ftit imsaħħab.
L-ogħla temperatura mistennija tvarja bejn l-14 u d-19-il grad Celsius. It-Tnejn se tkun 16-il grad, il-Ħamis 15-il grad u l-Ġimgħa 14-il grad.
Ritratt: Francesca Camilleri