Xtara pittura għal $5,000 u nbiegħet għal $5 miljun

Dellettant tal-arti żgur mar minn fuq hekk kif pittura li hu xtara għal ftit aktar minn $5,000 fl-2013, inbiegħet din il-ġimgħa, għal $5 miljun.
Il-bidla fil-prezz ġrat minħabba d-differenza fl-opinjoni tal-esperti. Fl-2013 meta nxtrat għal €5,000, l-esperti kienu tal-opinjoni li l-pittura kienet ta’ wieħed mill-istudenti ta’ John Constable.
Iżda waqt li l-pittura ġiet eżaminata qabel l-irkant ta’ din il-ġimgħa, irriżulta li kienet tal-artist John Constable stess u kien ħadimha bħala mudell li fuqha ħadem xogħol ieħor li jinsab f’Tate gallery f’Londra.
Il-pittura kienet stmata li tiswa bejn $2 u $3 miljun.