“Xtaqt wellidt id-dar mhux l-isptar” – Meghan Markle

The Sun

Ikkonfermat li Meghan Markle welldet l-ewwel wild tagħhom fi sptar privat. Dan ħareġ wara li ġie ppubblikat iċ-­ċertifikat tat-­twelied ta’ Archie. Għall-­bidu kien hemm min ħaseb li Meghan welldet id-­dar kif kienet ix-­xewqa ta’ Meghan madankollu ċ­ċertifikat wera li hija welldet fl­-isptar privat ta’ Portland.

Fuq iċ-­ċertifikat tat-­twelid ix-­xogħol ta’ Meghan Markel hu l­Prinċipessa tar-­Renju Unit. Meghan waslet l-isptar il-Ħadd filgħaxija akkumpanjata mir-raġel tagħha Harry u ommha Doria Ragland.

Archie Harrison Mountbatten-Windsor twieled fis-6 ta’ Mejju fis-5.26am u jiżen kważi 3.5kg madankollu ħafna mid-dettalji baqgħu mistura minħabba li l-koppja ddeċidew li t-twelid tat-tarbija jkun hemm jista’ jkun privat.

The Sun