Xtaq ritratt ta’ bintu mingħajr il-pajpijiet tal-isptar

Missier xtaq li jkollu ritratt tat-tifla tiegħu mingħajr ma jibqgħu jidhru l-pajpijiet u l-magni, li permezz tagħhom kienet qed tgħix f'sodda ta' sptar.
Nathen Steffel, talab l-għajnuna fuq il-midja soċjali biex xi ħadd b'qalb tajba jirranġalu ritratt li kellu ta' bintu.
Dan għaliex Sophia mietet meta kellha biss sitt ġimgħat u l-uniċi ritratti li kellu kienu kollha fl-isptar.
Sophia kienet qed tistenna li jsirilha trapjant tal-fwied, iżda l-marda kienet iktar veloċi mid-donaturi.
Nathen u martu kienu jafu minn qabel ma' twieldet Sophie, li kien se jkollha din il-marda u issa x-xewqa tiegħu kienet li jżomm rikordju tagħha.
Nathen baqa' mistgħaġeb bir-rispons kbir li sab minn persuni li permezz tal-kompjuter qatagħlu xewqtu.
Ma kellux aktar kliem x'jista jżid ħlief li rringrazzja lil kulħadd.