​X’tagħmillek in-nutella!

Roħs fuq il-prodotti tan-Nutella wassal għal xeni vjolenti f’numru ta’ supermarkets fi Franza, hekk kif ix-xerrejja bdew jimbuttaw fuq xulxin biex jirnexxielhom jakkwistaw vażett nutella bl-irħis.
Is-supermarkets Intermarchè offrew skont ta’ 70% fuq in-Nutella, bil-prezz jinżel minn €4.50 għal €1.40.
Iżda dan l-iskont spiċċa bil-Pulizija biex jikkalmaw is-sitwazzjoni ta’ nies jiġġieldu.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=TaRBjUl4rbI]

Waħda mill-klijenti qalet li kienu qishom annimali, b’nisa jġebbdu xagħar xulxin, kaxxa taqa’ fuq ras anzjana u raġel bid-demm ħiereġ minn idu.
Rapporti qalu li l-istokk li kienu bl-iskont inħataf f’temp ta’ kwarta.  
Kull sena, jiġu kkunsmati 365 miljun kilogramma ta’ Nutella f’160 pajjiż madwar id-dinja.