- Żmien ta’ tħejjija għall-Milied.
- Isem l-anġlu li ħabbar lil Marija li kellha tkun omm Alla.
- Alla bagħat —– biex jgħid lil Ġużeppi ma jibżax jieħu lil Marija bħala martu.
- X’kien jisimha dik il-mara li Marija marret iżżurha?
- X’kien jismu missier Ġwanni l-Battista?
- X’ordna li jsir mal-Imperu kollu l-Imperatur Awgustu?
- Ġesù kien mir-razza ta’ liema sultan?
- F’liema belt twieled Ġesù?
- Isem il-belt kapitali tal-Lhudija.
- Isem ieħor għal Ġesù, li jfisser ‘Alla magħna’.
- “Ferħ, —- u sliem!” Hekk inkantaw fi żmien il-Milied.
- Ġew mil-Lvant jaduraw lil Ġesù.
- X’kienu r-rigali li ġiebu magħhom?
- “—- fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.”
- Skont l-għanja “Ninu Ninu tal-Milied” ta’ xiex kienu l-qagħqiet li għamlet ommi?
- L-anġlu qal lir-rgħajja: “——-, għax araw, qed inħabbrilkom ferħ kbir.”
- Erba’ kotba li fihom ir-rakkont tal-ħajja u t-tagħlim ta’ Ġesù.
- Meta twieled Ġesù, Marija fejn medditu?
- Isem dak ir-raġel ġust u tajjeb li fit-tempju ta’ Ġerusalemm laqa’ f’dirgħajh it-tarbija Ġesù.
- Meta Ġużeppi u Marija ppreżentaw lil Ġesù fit-tempju x’offrew bħala sagrifiċċju skont il-liġi?
- Dakinhar fit-tempju kien hemm ukoll armla li malli rat lil Ġesù bdiet tirringrazzja lil Alla. X’kien jisimha?
- Ir-raħal fejn trabba Ġesù.
- Isem is-sultan li ordna l-qtil tat-trabi subien ta’ taħt is-sentejn f’Betlehem.
- Fejn ħarab Ġużeppi bil-familja tiegħu minħabba li Erodi ried joqtol lil Ġesù?
- Kemm kellu żmien Ġesù meta ntilef fit-tempju?
Tweġibiet:
(1) Avvent (2) Gabrijel (3) anġlu (4) Eliżabetta (5) Żakkarija (6) ċensiment (7) David (8) Betlehem (9) Ġerusalemm (10) Għimmanu-El (11) hena (12) Maġi (13) deheb, inċens u mirra (14) Paċi (15) tal-qastanija (16) Tibżgħux (17) Vanġeli (18) maxtura (19) Xmun (20) par gamiem jew żewġ bċieċen (21) Anna (22) Nazaret (23) Erodi (24) L-Eġittu (25) tnax-il sena.
Tista’ tara l-verżjoni diġitali ta’ FLIMKIEN billi tagħfas hawn.