X’suspett għandu Vince?

L-intriċċi fis-sensiela Sorelle ma jonqsux u llum se naraw ħafna aktar fl-episodju li se jixxandar fuq TVM fit-3pm.

Angela titlob lil Jodi bex toħodha f’Dar l-Anġli. Għaliex Jodi għandha d-dubji tagħha? Frederick imur ikellem lil Leo. Għaliex irrabjah bil-kbir u biex se jheddu?

Vince u l-Maġġur Bonaci jitkellmu dwar is-sitwazzjoni li jkollhom fuq idejhom. X’suspett għandu Vince?

F’Dar l-Anġli se jiġri xi ħaġa. Niskopru eżatt fl-episodju tal-lum li għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.