X’sigriet hemm fil-ġiżirana tar-rubini?

Sharon Calleja u Tania Bartolo

L-ewwel żewġ puntati mis-sensiela Rubini se jixxandru llejla fuq l-istazzjon Net mid-8.45pm ‘il-quddiem. Andrei Grech, Sharon Calleja, Dorian Micallef, Andrew Attard, Ronnie Galea, Sandra Davis u Tania Bartolo huma fost il-protagonisti ta’ din is-sensiela.

Fl-ewwel episodju tal-lejla nibdew niskopru għalfejn qegħdin jinstemgħu ħsejjes strambi u jidhru d-dellijiet f’Villa Zammit? Samantha teħodna fil-passat tagħha biex naraw minn xiex għaddiet li wassal għal dawn l-avvenimenti sopranaturali. X’sigriet hemm mistur fil-ġiżirana sabiħa tar-rubini li Robbie taha fil-lejl ta’ għeluq sninha? Tgħid bejnha u bejnu hemm xi ħaġa iktar minn hbiberija? X’qegħda tissuspetta Paola? Min huma Karl u Owen? X’rabta hemm bejnhom u bejn John Demanuele?

Wara l-waqfa fl-10pm għal Net News jixxandar it-tieni episodju minn din is-sensiela. Niskopru għalfejn huma nkwetati John u Paola Demanuele? Tgħid minħabba s-suspetti li għandhom li binthom jista’ jkollha relazzjoni mat-tifel ta’ Xandru? Jew hemm xi ħaġa oħra wkoll li qegħda tinkwetaħhom?

John qed jigi rikattat minn Karl u Owen. Samantha u Robbie kuntenti ħafna li l-ħbiberija tagħhom nibtet f’imħabba kbira. Il-gang ta’ Jurgen “Ix-Xafra” jagħmlu serqa ta’ karozza. Però Bobby jkun ħa zball u nsterqet karozza b’oħra. X’jiġri malli Jurgen jinduna?