X’serqulha lil Valentina?

Fit-78 puntata mis-sitt u l-aħħar staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa li se jixxandar illum fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315 se naraw x’reazzjoni se jkollu Adam għal dak li qaltlu Winnnie.

Etienne u Frankie dwar xiex se jitkellmu fuq il-mobajl? Frankie x’se jgħidlu dwar l-inċident li kien ġara fil-jum ta’ qabel? X’serqulha lil Valentina?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Ir-repetizzjoni tal-episodju tal-lum se jixxandar għada l-Ħamis fl-10.15am.