X’se tkun ir-rutina ta’ kuljum ta’ Meghan Markle?

Meghan Markle Prince Harry

Issa li żżewġet lill-Prinċep Harry, ħajjet Meghan Markle inbidlet kompletament.
Bħala membru tal-familja Rjali issa trid issegwi ċerti regoli, kemm uffiċjali u kemm dawk mhux mitkellma.
Markle issa qed tgħix fil-Palazz Kensington ma’ 13-il persuna Rjali oħra. Il-palazz ilu jservi bħala r-residenza rjali mis-seklu sbatax.
Hi rċeviet bosta titli uffiċjali ġodda, inkluż wieħed partikolari: Il-Prinċipessa Henry ta’ Wales.
Madanakollu, Markle dejjem kienet persuna li kellha strateġija ta’ kif wieħed għandu jgħix ħajja sodisfaċenti u għaldaqstant wisq probabli xi wħud mill-affarijiet li kienet tagħmel fir-rutina ta’ kuljum se jibqgħu fis-seħħ.
X’se tkun ir-rutina ta’ kuljum tad-Dukessa ta’ Sussex?

  1. Eżerċizzji fiżiċi kmieni filgħodu mal-Prinċepp Harry, b’mod speċjali jogging fil-ġonna tal-Palazz Kensington
  2. Segwit minn xi ftit Yoga, xi ħaġa li ommha għallmitha tħobb
  3. Jew inkella ssegwi xi filmati b’eżerċizzji intensivi ta’ Tracy Anderson
  4. Għall-kolazzjon, Markle ġeneralment tiekol froġa, ħobż mixwji bl-avacado jew inkella pancakes
  5. L-ikel ta’ Markle ġeneralment ikun organiku. Madanakollu tevita li tagħmel wisq regoli għaliha nnifisha dwar x’għandha tiekol
  6. Markle tħobb l-inbid, u f’intervisti kemm-il darba qalet li ma fiha xejn ħażin imbilli wieħed jieħu tazzi inbid jew tnejn, l-aqwa li jagħmel dan b’mod responabbli
  7. Madanakollu, meta tkun qed tiekol mar-reġina ma tistax tibda qabel ir-reġina ma tkun bdiet tiekol hi stess. Hi trid tieqaf tiekol malli r-reġin tieqaf tiekol, anke jekk tkun għadha ma spiċċatx l-ikel tagħha.
  8. Markle issa se tkun qed tqatta’ ħafna ħin iddur id-dinja
  9. Probabbilment hi u l-Prinċep Harry jattendu għal numru ta’ West End musicals, xi ħaġa li t-tnejn li huma jħobbu ħafna
  10. Finalment, meta tkun qed toqgħod għand ir-Reġina Eliżabbetta, Markle trid tibqa’ mqajjma sakemm ir-reġina tiddeċiedi li tmur torqod, ġenerlament ikun madwar il-11:30pm