X’se tgħidilhom Angela?

Sorelle din il-ġimgħa se jkun qed jagħlaq b’ħafna aktar intriċċi hekk kif naraw lil Janice terġa’ tmur għand Matthew. X’parir se jagħti lil Janice? U Felicity għaliex se tgħajjat magħha?

Is-Sorelle jitkellmu dwar każ li kien hemm f’Dar l-Anġli. X’se tgħidilhom Angela?

Janice tmur l-uffiċċju tagħha. X’se tagħmel Gina u min se jmur jaraha? Janice x’se tgħidilha lill-pazjenta tagħha?

Dan l-episodju jixxandar bħas-soltu fuq TVM fit-3pm u jkollu repetizzjoni llejla fil-11.25pm u nhar it-Tnejn fis-6.15am filwaqt li l-puntati kollha ta’ ġimgħa sħiħa jixxandru għada s-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.