X’se tagħmel Winnie?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa naraw x’se tkun qed tagħmel Winnie.

Gloria u Manwela x’inhuma jikkomplottaw? Kif inhu Saviour? X’se jgħidilha lil Chiara u kif qed iħossu wara li sar jaf li omm John Cassar kienet mietet?

Ashley kif inhi u għaliex qed tagħmel ħafna mistoqsijiet dwar Robert? Tgħid jgħidilha?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar esklussivament fuq Melita More, Channel 315, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.