X’se tagħmel Angela malli ssir taf min sawwat lil bintha?

Illum, It-Tnejn 20 ta’ Jannar, fuq l-istazzjon Net, tkompli s-sensiela Iż-Żagħka bit-13-il puntata.

Illejla se naraw lil Spiru jerġa’ jilbes ta’ buffu u din id-darba, l-biċċa se tkun differenti.

Se jkollna żvilupp fuq Jodie, li ħallejniha l-isptar wara li waqgħet mit-tieqa tad-dar għal isfel.

Helga Grech, il-karattru li deher għall-ewwel darba l-ġimgħa li għaddiet, se jkun qed jiġi spjegat aħjar u se nidħlu iktar fid-dettall tal-istorja.

Ludwig Shead, jitkellem direttament mal-Kummissarju u joħorġu dettall important mmens dwar l-istorja ta’ Ineż Grech, il-mara li sabuha maqtula fid-dar.

Angela, omm Sina, se tieħu minn ras bintha dwar minn sawwatha. X’se tagħmel appena tkun taf, jekk dejjem verament tiskopri?

Dan u ħafna iktar f’din is-sensiela miktuba minn Desier Debono u li tixxandar nhar ta’ Tnejn fid-8.45pm.