X’se ssir taf Lea meta ċċempel lill-ġenituri tagħha?

L-intriċċi fis-sensiela Sorelle jkomplu llum fuq TVM fit-3pm hekk kif se naraw x’se tagħmel Jodi biex teħles mill-problema li kellha ma’ Ritienne.

Sully jgħid lil Lea biex iċċempel lill-ġenituri tagħha bħal ma kienet tagħmel kull ġimgħa. X’se tgħidilhom meta ssir taf li kienu ġejjien Malta biex jiltaqgħu magħha?

Gina x’se tgħidilha lil Amanda wara li ħallietha?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.