X’se ssir taf Jodi mingħand Lorraine?

Fil-puntata tal-lum ta’ Sorelle se naraw li Bella kienet tassew irrabjata għal Frederick. Kif se jirreaġixxi lejha?

Il-maġġur twissi lil Vince dwar Patrick. Għaliex?

Gina ċċempel lil Janice. Għalxiex u għaliex Bella trid tiltaqa’ ma’ bintha b’urġenza? Min hu s-sur Pandolfino?

Se naraw ukoll li Lorraine tiskopri xi ħaġa dwar Dar l-Anġli. X’se tkun qed tgħidilha lil Jodi?

Sorelle, b’kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber jixxandar fuq TVM fit-3pm. Is-sensiela għandha produzzjoni ta’ Rewind.