X’se ssir taf Jodi dwar il-ġenituri tagħha?

Illum fit-3pm fuq TVM tixxandar it-73 puntata mill-ewwel staġun ta’ Sorelle, li għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Fl-episodju tal-lum naraw lil Lorraine tmur tiġri d-dar ta’ Jodi u Angela biex tgħidilhom dak li kienet għadha kif saret taf dwar il-mewt tal-ġenituri tagħhom. X’se jgħidulha? Felicity se tmur fl-uffiċċju ta’ Janice. Xi trid tgħidilha?

Malcolm imur ikellem lil Stacey dwar iż-żmien li kienet taħdem ma’ Paul u Rose. X’se tkun qed tgħidlu hi?