X’se ssib ma’ wiċċha Jessie meta toħroġ mill-ħabs?

Vivienne Caruana
Vivienne Caruana

Illejla fid-8.45pm l-istazzjon Net mistenni jxandar it-tieni puntata mis-sensiela Santa Monika. Dawn huma l-episodji li oriġinarjament kienu ntwerew f’Ottubru 2005.

FL-episodju tal-lum se naraw lil Charles (Frederick Testa) determinat li jivvendika ruħu minn George (Ray Attard).

Jessie (Vivienne Caruana) waslet biex toħroġ mill-ħabs u Sandra (Marica Mizzi) tinsisti li għandha tgħinha minn barra.

Intant il-gwardjan Henry (Roderick Vassallo) jibda jinġibed lejn Ruth (Claire Agius Ordway) filwaqt li Damian (Owen Bonnici) ikompli jifrex l-għanqbuta tiegħu.