X’se jsiru jafu dwar Karl?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa Kristianne u Brenda se jmorru jiltaqgħu ma’ Karl u Valentina d-dar tagħhom. X’se jkun qed jgħidilhom Karl dwar ix-xogħol li kien jagħmel meta kien l-Italja?

Decelis ikompli janalizza l-qtil tal-avukat Manduca. X’konkluzzjonijiet se jasal għalihom?

Min se jċempel mill-ħabs?  Felicity fiex tidħol? Min hi?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Channel 315. Is-sensiela għandha produzzjoni ta’ Rewind fuq ktiba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber.

Il-Ġimgħa 1 ta’ Mejju Ħbieb u Għedewwa se jkun qiegħed jixxandar bħas-soltu.