X’se jsir minn Santa Margerita fil-Mosta?

L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) bdiet konsultazzjoni pubblika dwar il-pjan revedut għas-sit ta’ kostruzzjoni fiż-żona magħrufa bħala Santa Margerita fil-Mosta.
Is-sit huwa parti mill-pjan lokali taċ-ċentru ta’ Malta tal-2006, u qed jiġi propost li tkun trasformata f’post pubbliku mħaddar.
Fi stqarrija, il-PA spjegat li dan is-sit beda jitqies bħala wieħed imħaddar fl-1989 fl-iskema tal-Proviżjonijiet Temporanji. Madanakollu meta kien ippubblikat il-pjan lokali fl-2006, is-sit beda jakkomoda numru ta’ faċilitajiet tal-komunità.
Jekk tixtieq tara id-dokumenti tista tagħmel dan minn fuq is-sit elettroniku tal-PA. Organizzazzjonijiet li jixtiequ jsemmgħu leħinhom jistgħu jibgħatu imejl fuq santamargerita@pa.org.mt sat-30 t’April.