X’se jsir jaf Leo mingħand Frederick?

Fl-episodju tal-lum ta’ Sorelle se nkomplu nsegwu aktar intriċċi hekk kif insiru nafu x’kien qed jinkwieta lil Vince.

Lorraine iċċempel lil Maxine biex tgħidilha dwar Frederick. X’se tkun ir-reazzjoni tagħha?

Norman imur il-Birgu jfittex lit-tifla tiegħu. Jiltaqa’ ma’ raġel fit-triq. X’se jingħad bejniethom?

Frederick imur ikellem lil Leo. X’se jkun qed jgħidlu dwar Lorraine?

Sorelle għandu kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber u jixxandar fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm. Il-produzzjoni hi ta’ Rewind.