​X’se jsir fl-ewwel sena mit-telfa tat-Tieqa tad-Dwejra?

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li qed jiġi ffinalizzat l-abbozz tal-istrument legali biex titwaqqaf id-Dwejra Opportunity Fund.
Il-Ministru spjegat li għalkemm it-telfa tat-Tieqa tad-Dwejra, ġabet magħha dieqa, din iż-żona għandha ħafna aktar x’toffri.
Tat id-dettalji wkoll ta’ attività li se ssir nhar il-Ħadd li ġej, hekk kif għaddiet sena minn meta Għawdex tilef din il-ġawhra naturali.  
L-attività se tkun tinkludi sessjonijiet informattivi u edukattivi minn esperti fil-qasam fuq il-flora, fawna u l-ġeoloġija sinjura li toffri d-Dwejra. Se jkun hemm ukoll sessjonijiet ta’ abseiling u tindif mill-għaqda volontarja ERRC, kif ukoll sessjonijiet ta’ archery bil-kollaborazzjoni tal-Victoria Scouts.
Dr Joseph Caruana se jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar kif it-Tieqa tad-Dwejra saret opportunità unika għal kull min jipprattika d-delizzju tal-għadis.
Ritratt: MGOZ – Terry Camilleri