X’se jsibu Angela u Lorraine?

Illum fit-3pm fuq TVM se tkun qed titwassal puntata oħra ta’ Sorelle fejn naraw lil Vince jitlob l-indirizz ta’ Sully lill-Maġġur Naomi Bonaci. X’se tkun qed tgħidlu? Gina ċċempel lil Janice, li tkun għand Matthew. X’se tgħidilha Felicity dwar Liana? Taqbel mal-aġir tagħha jew le? 

Iżda Liana min hi? Tgħid Maxine jirnexxielha ġġib l-indirizz ta’ Sully? Jodi x’se tgħidilhom dwar Sully? Sadanittant Angela u Lorraine se jmorru fl-indirizz li kellhom. X’se jsibu?

Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa huma l-awturi ta’ din is-sensiela bi produzzjoni ta’ Rewind.