X’se jkunu qed jgħidu dwar Karl?

Vince Micallef Pule bħala Karl fi Ħbieb u Għedewwa

Is-sitt u l-aħħar staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa jkompli llum fuq Melita More Channel 315 fl-3.45pm.

Illum se naraw lil Etienne jitlob lil Winnie biex ma tkomplix tweġġa’ lin-nies. X’se tkun qed tirrispondieh? X’se jgħidilha fuq Carmen?

Valentina xi trid tkun taf dwar Kristianne? U Kristianne x’se tgħidilha lil Brenda dwar ir-ritorn ta’ Karl?

Felix imur il-ħabs biex jara lill-Pinzel. X’se jgħidlu?

Intant mara li tkun qed tmexxi l-kelb tagħha fl-għalqa se ssib xi ħaġa?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.