X’se jkun id-destin ta’ Antolina f’Il Segreto?

Jekk int issegwi s-soap opera Spanjola Il Segreto fuq l-istazzjon Canale 5, nistgħu ngħidukom li l-puntata tal-lum wara nofsinhar, li tixxandar fl-4.15pm, se tkun waħda mimlija tensjoni u li m’għandhiex tintilef.

Jekk trid tkun taf x’se jiġri matul din il-ġimgħa, kompli aqra:

It-Tlieta 31 ta’ Diċembru

ritratt: ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

Antolina taqa’ mill-għolja; Francisca tasal lura minn Belmonte, konvita li Fraile mhux il-persuna responsabbli ta’ dak kollu li seħħ fi Puente Viejo.

L-Erbgħa 1 ta’ Jannar

Il Segreto llum mhux se jkun qed jixxandar

Il-Ħamis 2 ta’ Jannar

ritratt: ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

Raimundo jgħid lil Francisca li hu jaf fejn kienet tinsab f’Belmonte. Hi però tiċħad dak li jgħidilha. Il-pulizija tagħlaq l-investigazzjoni dwar il-mewt ta’ Antolina.

Il-Ġimgħa 3 ta’ Jannar

ritratt: ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

Maria tirrealizza li għandha bżonn l-għajnuna tal-infermjiera Vilches. Għalhekk titlobha biex tibqa’ u twiegħdha li se tikkollabora magħha. Raimundo se jżur lil Fernando. X’se jintqal bejniethom?