​X’se jkollna sħana jew kesħa?

Mill-ġdid is-sit FirstMalta qed ibassar li t-temperatura se tkompli tiksaħ iktar.
Dan hekk kif qed jipprevedi li min-nhar il-Ħadd li ġej, nistennew kesħa u xita.  Jispjega li dan minħabba li l-arja pjuttost kiesħa tal-Ewropa se tersaq lejn iċ-ċentru tal-Mediterran, bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd.
Madanakollu jispjega li l-ammont ta’ xita mistenni mhux sinifikanti wisq u x-xita mistennija f’forma iżolata minn ħin għal ħin fi tmiem il-ġimgħa.
Ir-riħ mistenni jitqawwa ħafna nhar il-Ħadd ukoll mal-wasla tal-front ta’ arja kiesħa, u jilħaq saħansitra Forza 7-8.
X’temperaturi nistennew?
Is-Sibt, 20 ta’ Jannar: Imsaħħab; ċans għoli ta’ xita filgħaxija; l-ogħla temperatura: 16-il grad Celsius; l-inqas 10 gradi; riħ jilħaq Forza 6.
Il-Ħadd, 21 ta’ Jannar: Imsaħħab; ħalbiet ta’ xita iżolati; l-ogħla 12C; l-inqas sa 9C; ir-riħ Punent Majjistru jilħaq forza 7 – 8.
It-Tnejn, 22 ta’ Jannar: Ftit imsaħħab; l-ogħla 14-il grad; l-inqas 10 gradi; ir-riħ Majjistral jilħaq Forza 5 sa 6.
It-Tlieta, 23 ta’ Jannar: Ftit imsaħħab; l-ogħla 14-il grad; l-inqas 10 gradi; ir-riħ Majjistral Forza 4 sa 5.
L-Erbgħa, 24 ta’ Jannar: Ftit imsaħħab; l-ogħla 14-il grad; l-inqas 10 gradi; ir-riħ Majjistral jilħaq Forza 4 sa 5. 
Ritratt: Arkivji