X’se jiskopri Bolzano llum f’Sorelle?

Angela tkompli titkellem ma’ Malcolm dwar Jodi. Iżda Malcolm min kien verament? Angela x’se tgħidilha lil Jodi xħin issir taf il-verità?

X’mar jagħmel Bolzano? X’se jiskopri? X’se jgħidulu xħin jisimgħu l-aħbar?

Vince x’se jgħidilha lil Maxine dwar Leo?

X’jixtiequ jagħmlu Jodi  u Angela?

Inkomplu nsiru nafu aktar lil Lea u lil Sully. Min huma tassew dawn it-tnejn?

Sorelle, b’kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind, tixxandar fuq TVM illum it-Tlieta 7 ta’ Jannar fit-3pm, b’ripetizzjoni llejla fil-11.25pm u għada filgħodu fis-6.15am. Il-puntati ta’ ġimgħa sħiħa jkollhom ripetizzjoni s-Sibt filgħodu fuq TVM2 mill-11 am ‘il quddiem.