X’se jirrakkonta Neil lil Lorraine?

Mil-lum it-Tnejn tibda ġimgħa oħra għas-sensiela Sorelle li TVM iwassal mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm.

L-episodju tal-lum se jeħodna lura fiż-żmien u se naraw lil Samantha u Lorraine jitkellmu. X’kien se jiġrilha Lorraine? U għaliex Samantha bdiet tibki? Fejn kienet sejra Lori?

Nerġgħu lura għaż-żmien tal-lum u naraw lil Samantha d-dar tagħha. X’se ssib fl-armarju waqt li kienet qed tnaddaf?

Neil jirrakkonta l-istorja ta’ ħajtu lil Lorraine… flimkien naraw kif kienet.

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.