X’se jingħad dwar il-qtil li seħħ?

L-ewwel staġun mis-sensiela Manwela jkompli llum fil-5.15pm fuq Melita More, Cable Channel 315.

X’mar jagħmel Ron għand Claude. x’qallu u fuq xiex wissieh? Qallu wkoll dwar aħbar li kien sema’. Simone fiex tidħol f’dan kollu u għaliex ma jridux li jkun involut magħha? X’qal Victor dwar il-qtil li kien seħħ dak il-jum? U Gina għaliex tinsab imwerwra ħafna?

Claude mar għand Simone. X’ġara bejniethom u x’qalilha dwar il-labra li kienet tat lil Manwela? Victor u Gina kellhom argument żgħir. Fuq xiex? Manwela marret għand Paul. Ma’ min kien qed jitkellem u xi ktieb jixtieq li tibda taqra’?

Għaliex Noah kien irrabjat ma’ Claudette u din x’qaltlu biex tiġġustifika ruħha? X’ġaralha Diriana u x’irċeviet Jennifer?

Manwela għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

L-episodju ta’ wara dan jixxandar nhar it-Tnejn fil-5.15pm.