X’se jingħad bejn Vince u l-Maġġur?

Fl-episodju tal-lum ta’ Sorelle se niltaqgħu mal-karattru ta’ Ray. X’għandu x’jaqsam ma’ Lorraine? Vince jgħid lil Maġġur Naomi Bonaci li kien se jirtira mill-każ ta’ Leo Mamo. Iżda tgħid hi taqbel miegħu?

Is-Sorelle jerġgħu iwasslu tuffieħa mħassra oħra. Din id-darba min se jispiċċa marbut mal-kanċell? X’se jgħidu Vince u l-Maġġur?

Sorelle għandu kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber. Jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm fuq TVM. Il-produzzjoni hi ta’ Rewind.