X’se jiżvela Jason Azzopardi?

Il-Sibt fl-10am, Prof. Andrew Azzopardi se jiddiskuti dan is-suġġett fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.

Jason Azzopardi
Photo source: Michael Paris Photography

Jason Azzopardi, l-avukat tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia mistenni li jikxef informazzjoni interessanti waqt intervista ma’ Prof. Andrew Azzopardi s-Sibt fil-11am fuq 103 Malta’s Heart. Fost affarijiet oħra huwa se jitkellem dwar l-inkjesta pubblika li għaddejja dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Azzopardi ilu jirrappreżenta lill-familja Caruana Galizia minn ftit wara l-assassinju. Huwa segwa b’reqqa l-investigazzjonijiet tal-Pulizija Maltija u tal-Europol u flimkien ma’ Dr Therese Comodini Cachia jieħu sehem fl-inkjesta pubblika fejn qed joħorġu ħafna fatti li kienu moħbija.

Huwa mistenni jwieġeb il-mistoqsijiet ta’ Prof. Azzopardi dwar l-investigazzjoni, l-inkjesta pubblika u l-politika.

Il-programm Andrew Azzopardi on 103 jibda fl-10am b’diskussjoni interessanti dwar l-użura u l-vittmi. Għamel sew l-Arċisqof li qal li jisħet il-flus li jaqalgħu b’mod illegali u immorali dawk li jagħmlu l-użura? Veru li qed iwasslu biex in-nies jagħmlu suwiċidju?

Andrew Azzopardi on 103 is-Sibt bejn l-10am u nofsinhar.