X’se jiġri wara li Psaila jwassal lil Manwela?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa se niskopru għaliex Manwela tinsab irrabjata bil-kbir għal Psaila.

Dwar xiex se jitlewmu Manwel Laferla u Etienne. Għaliex Etienne ma jixtieqx ikellmu aktar?

Psaila jwassal lil Manwela d-dar iżda xħin jitlaq lura bil-karozza hi tmur x’imkien. Fejn? U min se jkun qed isegwiha?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar esklussivament fuq Melita More, Channel 315, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm. Is-sensiela għandha produzzjoni ta’ Rewind fuq kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.