Filmat: X’se jiġri wara dak li għamlet Erminia?

Illejla tkompli s-sensiela F’Ġieħ l-Imħabba fejn se naraw lil Salvatore jkellem lil Riccardo dwar is-sejba ta’ Giorgio. X’se tkun ir-reazzjoni tiegħu? X’inhu jiġri bejn Berto u Valeria? Erminia għalfejn marret kmieni fil-maħżen tal-ħwejjeġ?

Ritratt: Ivan Borg

Berto jkellem lil Emilio dwar dak li kienet għamlitlu Erminja. X’se tkun is-soluzzjoni li se jtih?

Ġużi u Laura jitkellmu dwar l-abbozzi tal-ħwejjeġ. X’se tgħidilha Ġużi dwarhom? Fuq xiex se jitkellmu aktar? Għaliex Riccardo jinsab irrabjat għal Silvio? Għaliex Elena itnħasded b’dak li Riccardo qal lil missierha?

Segwi hawn dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra minn din is-sensiela.

F’Ġieħ L-Imħabba għandu produzzjoni ta’ Rewind, fuq kitba ra’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.