X’se jiġri waqt il-festin għal għeluq snin Rosa?

Saħta Fuq Uliedi
Maryrose Mallia u Ian Fenech f'xena minn Saħta Fqu Uliedi

Mil-lejla fl-10.30pm l-istazzjon One se jkun qed jerġa’ jxandar is-sensiela Saħta Fuq Uliedi li kienet ixxandret b’suċċess bosta snin ilu. Is-sensiela bi produzzjoni ta’ Bronk Productions u b’kitba u direzzjoni ta’ Dominic Said tibda meta Rosa tagħmel party għal għeluq sninha. Tistieden lit-tfal tagħha flimkien ma’ żwieġhom jew il-ħbieb tagħhom biex b’hekk jiċċelebraw flimkien din l-okkażjoni.

Iżda f’mument l-aktar feliċi iseħħ dak li ħadd ma basar li se jiġri.

Iżda Sandra, oħt Rosa taf aktar milli qed turi. Imma għaliex qed tibqa’ siekta f’mumenti koroh bħal dawn? U x’qed tħoss Rosa fuq uliedha?

Jieħdu sehem Inez Farrugia, Maryrose Mallia, Stephanie Grech Mallia, Marion Parnis, Ian Fenech, Stephanie Sacco, Jesmond Triccas, Dominic Said, Christabelle Curmi, Lee N Abela, Maria Farrugia, Joseph Fenech u Silvio Catania fost oħrajn.