X’se jiġri s-sena dieħla fil-qasam tal-Gaming?

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li s-sena d-dieħla se tkun make or break għas-settur tal-Gaming.

Meta kien qed jitkellem waqt diskussjoni fuq emendi ppreżentati fil-liġi tal-Gaming, Vassallo qal li Malta qed tirriskja li titlef it-tliet mitt kumpanija tal-Gaming li għażlu lill-pajjiżna bħala d-dar tagħhom.

Huwa qal li pajjiżna qed jgħaddilu ż-żmien biex jirranġja s-sitwazzjoni u jreġġa’ lura r-reputazzjoni li kellu pajjiżna f’dan il-qasam. Dan jista’ jsir biss billi l-Prim Ministru jneħħi s-segretezza madwar il-kumpaniji 17 Black u E-grant

Min-naħa tiegħu, s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li l-unika ħaġa li se jiġri s-sena d-dieħla hi t-tħabbir ta’ kumpanija enormi fil-qasam tal-Gaming li se tibda operat s-sena d-dieħla minn pajjiżna.