X’se jiġri minn Samantha?

Illum fl-3.45pm fuq TVM jixxandar it-tieni episodju mit-tieni staġun tas-sensiela Sorelle li għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.

Illum naraw kif inhi Samantha. X’qse tgħidlu lil Norman? X’inhi l-aħbar sabiħa li se jtiha?Il-Maġġur Naomi Bonaci tmur l-isptar biex tagħmel xi mistoqsijiet lil Samantha. X’se ssaqsieha?

Gina tmur tiltaqa’ ma’ Liana. Iżda min se jmur minflokha? Kif se tirreaġixxi Liana u x’se jiġri? 

Sorelle jkollu repetizzjoni fil-ħin ta’ 11.45pm u l-għada fis-6.15am, dejjem fuq TVM, filwaqt li fuq TVM ir-repetizzjoni tal-episodji kollha ta’ matul il-ġimgħa ssir is-Sibt mill-11am ‘il quddiem.