X’se jiġri minn Lea?

Sorelle se jkun qed jagħlaq din il-ġimgħa b’puntata oħra b’saħħitha li certament se tkompli toħloq diskussjoni hekk kif naraw x’se jkun il-futur ta’ Lea hekk kif Sully jerġa’ jsibha. X’se jiġri mill-mara?

Janice tipprova ssabbar lil Felicity u tgħidilha li hija ma kellha ħtija ta’ xejn. Jodi titkellem ma’ Lorraine dwar Neil. Tkellmu wkoll dwar dak li kien qed jiġri f’Dar l-Anġli. X’konklużjoni se jaslu għaliha?

Wara li Jodi toħroġ minn ħdejn Angela u tmur lura d-dar tħoss li kien hemm xi ħadd qed isegwiha. Għandha raġun?

U jekk tassew hemm persuna warajha, min hi din il-persuna u xi trid minnha?

Sorelle jixxandar fuq TVM fit-3pm u għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.