X’se jiġri mill-insurances u l-pensjonijiet tal-Ingilterra wara Brexit?

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Waldsin Dombrovskis qal li għad m’hemmx garanzija li ċ-ċittadini Ewropej b’polza ta’ assikurazzjoni privata u kuntratti ta’ pensjoni ma’ kumpaniji Ingliżi, se jibqgħu jgawdu minn dak li ħallsu għalih, irrispettivament mir-riżultati tal-Brexit.
Dambrovskis kien qed iwieġeb lill-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Dr Alfred Sant. 
Stqarr li n-negozjati għadhom għaddejin, iżda xi regolaturi għadhom qegħdin janalizzaw il-kontinwità tal-kuntratti. 
Dambrovski qal “Ċertament qegħdin naħdmu biex nimminizzaw interruzzjonijiet, imma n-negozjati għadhom ma ntemmux u għad baqa’ mistoqsijiet x’jiġu mwieġba”.