X’se jiġri fl-aħħar episodju ta’ Sorelle?

Ritratt: Ivan Borg

Kif inhi sejra Angela d-dar ta’ Jodi? Għaliex kienet qed tibża’ toħroġ mill-kamra tas-sodda tagħha? Fejn marru Jodi u Angela biex jisfugaw id-dwejjaq li kellhom?

Vince u Maxine imorru jieklu ġo ristorant. Min kien hemm qed jiekol ukoll u x’se jiġri x’ħin Maxine ikollha bżonn tmur fil-kamra tal-banju?

Ritratt: Ivan Borg

L-episodju tal-lum se jixxandar bħas-soltu fit-3pm fuq TVM. Dan huwa l-aħħar episodju għal din is-sena.

Ritratt: Ivan Borg

Sorelle, b’kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber, ikompli bil-puntati ‘l-ġodda mit-Tnejn 6 ta’ Jannar.      

Għada s-Sibt mill-11am ‘il quddiem TVM 2 se jerġa’ jkun qed ixandar il-puntati li ntwerew matul din il-ġimgħa.