Aġġornata: X’se jiġri bil-bżieżaq, konfetti u boroż tal-plastik?

Wojtek Mich, Unsplash

Read in English.

Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera dalgħodu ppreżenta dokument għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija tal-Gvern dwar il-plastik.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Għar Lapsi, Herrera ħabbar fost l-oħrajn li jridu jinqatgħu l-bżieżaq, il-konfetti tal-plastik u l-boroż tal-plastik mill-ħwienet sal-2020.

AQRA: L-ebda bżieżaq għall-fun run tal-President

Inċentivi oħra li semma l-Ministru jinkludu l-introduzzjoni ta’ sezzjonijiet fis-supermarkets fejn l-ikel ma jkunx ippakkjat. Semma wkoll l-iskema ta’ refużjoni tal-kontenituri tax-xorb.

Filmat: Ftehim bejn il-Gvern u l-privat biex jinġabru l-fliexken tal-plastik

Filwaqt li stqarr li l-istrateġija fiha 23 miżura ewlenija, Herrera enfasizza dwar it-tnaqqis tal-aktar 10 prodotti tal-plastik li jintużaw.

Skont id-dokument:

  • Sal-2020:
    • Restrizzjoni fuq brazzuletti tal-plastik waqt attivitajiet pubbliċi u bajjiet
    • Kontenituri tas-separazzjoni tal-iskart fiz-zoni kollha madwar il-kosta, siti tal-kampijiet, siti tal-pikniks u zoni turistiċi.
  • Sal-2022:
    • Il-basktijiet tal-plastik ma jistgħux jitqassmu b’xejn fil-ħwienet u se tiżdied it-taxxa fuqhom
    • L-użu ta’ polystyrene fis-sajd għandu jiġu ristrett u sostitut minn materjal tal-plastik li jista’ jerġa’ jintuża jew materjal ieħor sostenibbli.
    • Produtturi tat-tabakk għandhom jiffinanzjaw ashtrays fil-bajjiet.

Id-dokument ta’ strateġija huwa miftuħ għall-opinjoni pubblika għas-sitt ġimgħat li ġejjin.

“Il-PL qed jagħmel u-turn b’konvenjenza” – PN

B’reazzjoni, il-Partit Nazzjonalista qal li l-Partit Laburista, li kontinwament qed isejjaħ bħala l-Partit Soċjalista, qed jagħmel u-turn b’konvenjenza. Il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent Jason Azzopardi u  l-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Michael Briguglio, qalu li hu surreali għall-aħħar kif il-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni jniżżel lin-nies fit-toroq jipprotestaw kontra l-viżjoni tal-PN fil-Gvern fuq it-taxxa ambjentali maħsuba li teqred il-boroż tal-plastik, u llum qed jgħid li għandu l-istess viżjoni ambjentali.