X’se jiġri bejn Elaine u Robert?

Illejla fid-9pm stennew puntata oħra mis-sensiela Game Over li l-istazzjon One qiegħed ixandar nhar ta’ Erbgħa.

Il-qattiel misterjuż reġa’ qatel. Min hu? Għalfejn qed joqtol? X’inhu l-iskop?

Elaine tidher li għandha konfużjoni ġo fiha fejn jidħlu sentimenti għax ma’ ommha qed tiftaħ qalbha. Fl-aħħar mill-aħħar lil Robert xorta għadha ma neħħitux minn qalbha. X’se jiġri?

Kif se tkompli r-relazzjoni ma’ żewġha u ma’ Sean?

Game Over għandha kitba ta’ Jonathan Azzopardi bi produzzjoni ta’ DBA Entertainment.