X’se jiġi żvelat aktar f’Għeruq?

Joe Gatt

Waqt is-sitt episodju mis-sensiela Għeruq li jixxandar illum is-Sibt fit-3.30pm fuq l-istazzjon Xejk se naraw min ta dik ix-xebgħa lil Ġammri. Għaliex? Xi skop kien hemm wara xebgħa bħal dik? Tgħid bi tpattija għar-rimarka li kien għadda meta ra lill-Avukat Sciberras? Jew forsi kien hemm xi skopijiet ohra? U xi jsir minn Ġammri wara xebgħa bhal dik?

Il-Pulizija li f’dan ir-rahal ma tantx huma xempju ta’ l-effiċjenza, se jsibu min aggredixxa lil Ġammri? U Sharon… kif issib ruħha f’din il-ġrajja?

Għeruq għandha kitba ta’ Joe Gatt bi produzzjoni ta’ Hermann Bonaci.