X’se jiġi diskuss dwar il-każi solvuti mis-Sorelle?

Nibdew ġimgħa oħra ta’ Sorelle billi naraw li l-aħwa għadhom jiċċelebraw ir-rebħa li reġa’ kellhom. Min ċempel lil Angela u x’qalilha? X’wissieha?

Il-Maġġur u Vince tkellmu dwar il-każi li għandhom taħt idejhom. X’intqal dwar il-każ li kienu għadhom kif solvew is-Sorelle? X’qaltilhom Ritienne?

Min mar jara lil Leo l-ħabs? X’tah?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa u jixxandar fuq TVM fit-3pm.