X’se jieħdu l-familji u l-pensjonanti mill-Baġit 2021?

Il-Gvern ħabbar għadd ta’ miżuri li se jkunu mmirati biex itejjbu l-għejxien tal-familji u tal-pensjonanti. Fid-diskors tiegħu fil-Parlament, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar dawn il-miżuri għall-familji:

  • Children’s allowance – jiżdied b’€70 għal dawk li jagħmlu użu mill-means u b’€50 għal dawk li qiegħdin fuq ir-rata bażika
  • Inwork benefit – se jestendu thresholds – jibbenefikaw 4,500 famija gdida
  • Foster care allowance se jiżdied b’€10 fil-ġimgħa
  • Għotja ta’ €1,000 li dawk li jaddottaw lokalment – miżura ġdida biex b’hekk il-Gvern iniedi l-adozzjoni minn Malta stess.
  • Jiżdiedu l-inċentivi fiskali għal min jagħżel pensjonijiet privati, minn €1,000 għal €3,000 li mhux taxxabbli

Miżuri għall-anzjani, pensjonanti u persuni b’diżabbilità:

  • Apparti ż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja se jieħdu żieda oħra ta’ €3.25 – b’kollox se jieħdu żieda ta’ €5 fil-ġimgħa
  • Pensjonanti fejn hemm żewġ pensjonijiet mhux se jibqgħu jħallsu taxxa bl-aġġustament il-ġdid
  • Għajnuna supplimentari li tingħata lill-familji u anzjani fejn id-dħul tagħhom ma jilħaqx it-threshold (madwar 29,000 persuna) se jiżdied bejn €70 u €108
  • Dawk meqjusa f’riskju ta’ faqar sas-sena li għaddiet kienu jieħdu €150, issa dan se tingħata wkoll lil dawk li qegħdin fuq l-għajnuna supplimentari
  • Żieda għall-pensjonanti li ma jikkwalifikaw għall-ebda pensjoni – minn €250 għal €350
  • Aġġustament fir-rikonoxximent tal-bolol għal dawk li twieldu qabel l-1962 – l-aktar għall-ommijiet li kienu waqfu jaħdmu wara li żżewġu
  • Komutazzjoni ghall-pensjoni tas servizzi
  • Tiżdied ir-rata li l-Gvern jagħti lill-familji li jimpjegaw carer mal-anzjani
  • Persuni b’diżabbilità jsiru eleġibbli għall-iskema tal-carer
  • Għotja ta’ €300 fis-sena lill-ġenituri li għandhom tfal b’diżabbilità, għadhom aktar minn 16-il sena u kellhom jieqfu jaħdmu biex jieħdu ħsiebhom
  • 5,500 persuna li ntlaqtu mill-ingustizzji tal-imgħoddi se jieħdu allokazzjoni ta’ €9 miljun.
  • Kumpens għall-ħaddiema jew werrieta ta’ eks impjegati tat-tarzna li sofrew minħabba l-asbestos
  • Tallinja card b’xejn li kienet tingħata lil dawk li għandhom aktar minn 75 tibda tingħata lil dawk li għandhom aktar minn 70 sena.
  • Government savings bonds għall-anzjani – rata tal-imgħax aktar vantaġjuża

Dawn il-miżuri jiżdiedu ma’ dawn tal-vouchers minħabba l-pandemija u maż-żieda tal-għoli tal-ħajja li għas-sena d-dieħla se tkun ta’ €1.75 fil-ġimgħa.